Lokali

Eks wrestler professjonali u Hall of Famer ta’ WWE tinsab f’Malta

Amy Dumas, magħrufa aħjar bħala Lita fix-xena tar-wrestling professjonali, tinsab f’Malta u fl-aħħar sigħat fuq Twitter ħabbret li qattgħet xi ħin il-Qrendi, u żaret ukoll Blue Grotto.

Lita

Illum-il ġurnata Lita rtirat mir-wrestling, iżda riċentament dehret mill-ġdid waqt attivitajiet ta’ World Wrestling Entertainment, il-kumpanija ewlenija fix-xena tar-wrestling professjonali.

Fl-2014 saħansitra kienet introdotta fid-WWE Hall of Fame, fejn wieħed isib leġġendi tar-wrestling professjonali, inkluż il-Malti Baron Mikiel Scicluna.

Minbarra r-wrestling, Lita hi wkoll magħrufa għall-ħidma tagħha b’risq l-annimali. Hi veġetarjana u waqqfet l-organizzazzjoni karitattiva ‘Amy Dumas Operation Rescue and Education’ li taħdem b’risq annimali maħqura jew abbandunati.

LIta