Lokali

L-MFSA tintervejni biex tħares l-interessti tal-klijenti tal-bank Nemea

L-Awtorita’ Maltija għas-servizz finanzjarji fi stqarrija qalet li ġew identifikati numru ta’ nuqqasijiet fil-bank Nemea. Għalhekk mill-ewwel kellha tittieħed azzjoni sabiex ikunu mħarsa l-interessi tal-klijenti ta’ dan il-bank.
Fi stqarrija l-MFSA qalet li Price Water House Coopers Malta ġiet appuntata sabiex tieħu ħsieb, tieħu taħt il-kontroll tagħha, l-assi tal-bank u dan dejjem sabiex ikunu salvagwardjati l-interessi tal-klijenti u anke sabiex tassumi l-kontroll tax-xogħol tal-bank. Dawn il-miżuri ta’ prekawzjoni, qalet l-MFSA, se jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun hemm bżonn. Dawn il-miżuri ttieħdu flimkien ma’ membri tal-Bank Centrali Ewropew.