Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit, ftit tal-ħin ilu fl-Armier seħħet serqa fejn anke ndarbu l-vittmi ta’ din is-serqa.
Jidher li l-aggressuri rabtu żewġ persuni ma skip u serquhom. Mill-informazzjoni li għandna jidher li s-serqa kienet waħda vjolenti hekk kif l-vittmi soffrew xi ġrieħi b’xi arma li taqta u bil-ponta.
Wara s-serqa l-aggressuri li kienu tlieta ħarbu mill-post bil-karrozza tal-vittmi.
Fil-post issejħu l-pulizija u anke ambulanza biex tagħti l-ewwel għajnuna.
//= $special ?>