Residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-Għargħur u Birkirkara qed jilmentaw li s-solar panels mhux iservuhom kif suppost u li qed jingħadd li hi problema min-naħa tal-Enemalta.
L-ilmenti ta’ dawn ir-residenti tressqu fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo, li staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi jindaga l-kaġun tal-probema ta’ dawn l-ilmenti.
Il-Ministru Konrad Mizzi wieġeb li l-Enemalta għandha bżonn tagħrif aktar speċifiku dwar il-klijenti li għamlu dawn l-ilmenti sabiex tkun tista’ tqis kull każ u toffri l-għajnuna meħtieġa lil dawn il-klijenti.
Fir-risposta tiegħu bil-miktub, il-Ministru Konrad Mizzi qal li dawn ir-residenti jistgħu jikkuntattjaw lit-tim tal-Customer Care fuq 80072224, 24 siegħa kuljum.
//= $special ?>