Fl-aħħar sigħat, l-awtoritajiet fil-Belġju estradew lejn Franza lil suspettat ewlieni fl-attakki terroristiċi li l-ISIS kienu wettqu f’Pariġi f’Novembru li għadda.
Is-suspettat, Salah Abdeslam, għandu jgħaddi minn proċeduri fil-Qorti, bil-Prosekutur Federali tal-Belġju jikkonferma li Abdeslam issa ngħadda f’idejn l-awtoritajiet Franċiżi skont il-kriterji tal-Mandat għall-Arrest Ewropew maħruġ minn Franza fid-19 ta’ Marzu li għadda.
Abdeslam hu akkużat, fost l-oħrajn, b’parteċipazzjoni fit-terroriżmu li seħħ fit-13 ta’ Novembru li għadda fil-qalba tal-kapitali Franċiża, fejn kienu nqatlu 130 persuna, b’għexieren oħra sfaw midruba.
//= $special ?>