Anzjana ta’ 78 sena minn Marsaskala tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.30pm meta l-anzjana kienet f’karozza flimkien ma’ raġel iehor, li wkoll indarab wara li l-vettura tagħhom għal xi raġuni nqalbet għal fuq il-ġenb.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Madankollu, sfortunatament, l-anzjana ġiet iċċertifikata mejta fil-post.
//= $special ?>

