Il-Grupp APS Bank matul is-sena 2015 irreġistra l-ogħla profitt qabel it-taxxa ta’ €15.6 miljun. Dan ifisser żieda ta’ 22% fuq is-sena ta’ qabel.
Dan ħareġ waqt il-laqgħa ġenerali annwali li organizza l-Bank sabiex iħabbar l-aħħar riżultati tal-bank.
Iċ-Chairmen tal-Bank APS E.P Delia qal li dawn il-figuri huma riżultat ta’ titjib fis-sorsi ewlenin tad-dħul tal-bank kif wkoll minħabba kontribuzzjoni qawwija mill-APS Funds SICAV.
Jirriżulta li d-depożiti u l-attivitajiet ta’ kreditu komplew jikbru wkoll b’żieda ta’ 6% u 11% rispettivament.
Iċ-Chairman tal-bank APS semma l-investiment li nbeda mill-bank fis-setturi tal-infrastruttura teknoloġika, fl-operat u investiment fir-riżorsi umani.
Waqt il-laqgħa ġenerali annwali ħadu anke sehem anke l-intermedjarji finanzjarji, nies fis-settur u anke rappreżentanti ta’ awtoritajiet ta’ sorveljanza.
Waqt din il-laqgħa ngħad kif il-Bank APS kellu riżultati tajbin għas-sena 2015 u quddiemu għandu futur eċitanti ħafna minkejja l-isfidi ekonomiċi u l-ambjnet finanzjarju attwali.
//= $special ?>