Lokali

Il-KSU diżappuntat bil-kliem tal-Prim Ministru

Waqt l-attivita’ AskJM li saret ilbieraħ quddiem Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li meta hu kien l-Universita’ qatt ma irrikonoxxa l-importanza li jivvota fl-elezzjoni tal-KSU.

Minkejja li Muscat implika li l-aġenda tal-KSU hija dettata politikament, il-KSU qed jiċħad dan bl-aktar mod qawwi u kategoriku.

Dan intqal fi stqarrija mill-President tal-KSU Rebecca Micallef illi elenkat lista ta’ Ministri u Segretarju Parlamentari li ħadem id f’id magħhom il-Kunsill fl-aħħar tliet snin. “Dan huwa xiehda tan-newtralita’ tal-KSU”, issostni l-istqarrija.

Fl-istqarrija jintqal illi l-Kunsill preżenti ilu sena sħiħa jipprova jagħmel laqgħa mal-Prim Ministru. Ingħataw mill-inqas żewġ appuntamenti, li ġew kanċellati minn naħa ta’ Kastilja. U sa issa, għadha ma ingħatat l-ebda data ġdida għal laqgħa mal-KSU.