Il-media internazzjonali qed tkompli tiżvela dettalji ġodda li joħorġu mill-Panama Papers, b’politiċi implikati f’xibka maħmuġa ta’ xiri u bejgħ ta’ fuels.
Fl-aħħar sigħat ġie rappurtat illi l-iskandlu internazzjonali infirex ukoll f’Haiti fejn uffiċjal għoli tal-Gvern inqabad li waqqaf kumpanija sigrieta, marbuta ma’ ftehim li għamel il-pajjiż fil-qasam tax-xiri tal-petrol, żejt u fuels oħra.
Il-ġurnal ‘Miami Herald’ qed jgħid din kollha hija logħba sigrieta. Fiċ-ċentru ta’ din ix-xibka kien hemm dan l-uffiċjal tal-Gvern ta’ Haiti illi poġġa’ dħul li kellu minn dan id-deal tal-fules f’kumpanija offshore. Il-kumpanija infetħet ħamest ijiem wara li l-Haiti iffirma l-ftehim tal-fules mat-Trinidad.
Intant, anke fil-Pakistan qed jisplodi dan l-iskandlu tal-Panama. Minkejja li inbdiet investigazzjoni dwar dawk kollha li huma implikati f’dan l-iskandlu internazzjonali, is-Senat tal-pajjiż qed jgħid illi l-ebda investigazzjoni mhi se tkun kapaċi iġġib riżultati konkreti. Dan għaliex huwa kważi impossibli tikseb informazzjoni minn pajjiżi meqjusa bħala tax havens bħalma huma l-Panama u l-British Virgin Islands.
//= $special ?>