Lokali

Marlene Farrugia tgħid li mhux se tattendi l-meeting tal-Lejber wara li talbitha l-President

Il-President tar-Repubblika Marie Loise Coleiro Preca ċemplet lil Marlene Farrugia sabiex ma tattendix għall-manifestazzjoni tal-Partit Laburista f’Jum il-Ħaddiem, nhar il-Ħadd li ġej.

Minħabba dan kollu, id-deputata indipendenti qalet li mhux se tkun qed tattendi għaliex, kif qalet f’post fuq Facebook “il-President ma talbitnix għalxejn, u jien nirrispetta t-talba tagħha.”

F’kumment li għaddiet fuq Facebook, Marlene Farrugia qalet li l-President talbitha ma tattendix, “minħabba s-sitwazzjoni politika u r-rabja li hawn fil-pajjiż bħalissa.”

Minħabba f’hekk, Farrugia ikkonkludiet li dawk il-ħaddiema li talbuha tkun magħhom f’din iċ-ċelebrazzjoni issa se tkun magħhom fl-ispirtu.

marlene ss