Internazzjonali

Massakru ta’ immigranti Eġizzjani fil-Libja

Tal-anqas 13-il persuna nqatlu fi sparatura f’Bani Walid qrib il-fruntiera Eġizzjana.
Jidher li fil-maġġoranza mill-vittmi huma Eġizzjani li kienu qed jinġarru biex jagħmlu vjaġġ lejn l-Ewropa bil-baħar bħala immigranti. Kien hemm ukoll tliet persuni oħra li nqatlu u li jidher li huma t-traffikanti Libjani li kienu qed iġorru l-immigranti.
Iċ-ċirkustanżi eżatti tal-inċidenti mdemmi m’humiex ċari b’ħafna verżjonijiet iduru.
Skont Martin Kolber, il-Mibgħut tan-Nazzjonijiet Uniti għal Libja, il-qtil seħħ tul sensiela ta’ inċidenti. Hemm rapporti li l-maġġoranza tal-Eġizzjani nqatlu meta kienu qed ikunu miżmuma f’għassa. Sorsi Libjani qalu li dawn inqatlu mill-qraba tat-tliet traffikanti li aktar qabel kienu nqatlu mill-immigranti.