Lokali

Ritratt: Meta tipparkja fejn mhux suppost …

It-tabelli tan-No Parking suppost li jiftehmu fuq livell internazzjonali, iżda jidher li għal sewwieq partikolari li pparkja f’Old Bakery Street, dan ftit li xejn jgħodd.

Aktarx pero li l-lezzjoni se jiħodha, hekk kif xi ħadd iddeċieda li jimlielu l-karozza bit-tabelli tan-No Parking.

U mill-isem tal-istabbiliment fil-qrib, ma tantx jidher li se jsir jaf malajr min għamillu hekk.