Kelb tar-razza Shar Pei ġie salvat minn Ħal Qormi wara li nstab f’rokna, abbandunat u b’katina m’għonqu li aktarx kien ilu żmien twil marbut biha tant li ħaffret f’għonqu.
Il-kelb ittieħed mill-Association for Abandoned Animals (AAA) u operat minn Happy Paws. Dan minħabba li l-ferita madwar għonqu kienet infettata u mimlija dud. Il-kelb instab ukoll li qed izappap minħabba leżjoni f’siequ ta’ wara.
Mhux magħruf jekk dan il-kelb irnexxilux jaħrab minn fejn kien qed jinżamm, inkella ġiex abbandunat minn sidu.
Fuq Facebook mill-ġdid qed isir appell minn attivisti favur l-annimali biex tinbidel il-liġi u ma jibqax ikun permess li klieb jitħallew marbuta bil-ktajjen. Dan l-appell kien sar ukoll waqt mixja silenzjuża li saret f’San Ġiljan itkar kmieni dan ix-xahar.
Il-ferita kkaġunata mill-katina li nifdet għonq il-kelb

Il-post fejn instab il-kelb
//= $special ?>

