Lokali

IL-BEJGĦ TAL-AIRMALTA: “Se nitilfu ftit mill-code-sharing” – il-Ministru Zammit Lewis

Il-Ministru Edward Zammit Lewis dalgħodu fuq il-PBS ikkonferma li l-Airmalta se tkun qed titlef parti mill-vantaġġi tal-code-sharing jekk jintlaħaq ftehim finali mal-Alitalia. Dan għalkemm se tkun qed takwista vantaġġi oħra minn partnerships u agreements oħrajn tal-istess tip li għandha l-Alitalia.

L-istess punt kien konfermat miċ-Chairperson tal-Airmalta Maria Micallef. Hija qalet li l-għażla tal-Alitalia fl-aħħar mill-aħħar se tfisser saħħa akbar fl-operat, u aktar kompetittivita’.

Jirriżulta li n-negozjati mal-ħaddiema u n-negozjati dwar il-kuntratti l-ġodda se jibdew dalgħodu stess.

Waqt l-intervista fuq il-PBS, Zammit Lewis qal ukoll illi l-Kummissjoni Ewropea ġiet infurmata b’dawn l-iżviluppi fl-Airmalta.