Palestinjan ta’ 29 sena weħel ħames snin ħabs wara li nstab ħati li ta xebgħa b’ħadida lil żagħżugħ ta’ 17-il sena f’ Ottubru ta’ sentejn ilu.
Iż-żewġt agressuri, Ahmed Abdalla Yakoup, Palestinjan, u Omar Osman, Somalu, ta’ 29 sena u 37 sena rispettivament, illum tressqu il-Qorti b’akkużi li taw xebgħa ħadida lil Justin Aquilina għal xejn b’xejn fil-venda tal-Belt Valletta.
L-inċident seħħ waqt li ż-żagħżugħ kien qiegħed jistenna tal-linja biex imur lura d-dar għall-ħabta tal-22.30. Osman kien resaq lejn iż-żagħżugħ u pprova jagħtih daqqa ta’ ponn.
Sadanittant, Libjan prova jgħati l-ewwel għajnuna lil Aquilina, bl-agressur jisparixxi u jmur lura fuq il-post b’ħadida u biċċa njama f’idu.
Omar ta daqqa lil Aquilina f’dahru, filwaqt li Yakoup ta daqqa ta’ ħadida f’għajnejn l-istess Aquilina.
Kawża ta’ dan l-attakk, Aquilina sofra ġrieħi permanenti fil-viżta ta’ għajnejh.
Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, Aqulina saħaq li minħabba dan l-inċident, huwa kellu jieqaf jilgħab il-football, minħabba li jista’ jitlef id-dawl t’għajnejh jekk jaqla’ daqqa oħra f’wiċċu. Kif ukoll, ma jistax jerfa affarijiet tqal minħabba li l-istrapazz jista’ jagħmih
//= $special ?>