Festa ta’ tradizzjonijiet fosthom ikel, għana, kant, drama, baned, nar, logħob antik u ħafna aktar.
Dawn huma wħud mill-elementi li se jżejnu l-attività ‘Ħal Għargħur mal-Medda taż-Żmien’ li se tkun organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għargħur.
Attività li fiha se jkun hemm bla dubju ta’ xejn divertiment għall-familja kollha. L-attività se ssir in-naħa l-antika ta’ Ħal Għargħur, eżattament fi Triq Ferdinand u Triq Mons Luigi Catania, nhar is-7 ta’ Mejju u tibda fis-6.30 p.m.
//= $special ?>