Lokali

Paulo Dybala ta’ Juventus “onorat” li ta flokk tiegħu lill-President ta’ Malta

L-attakkant Arġentin ta’ 22 sena Paulo Dybala fuq Facebook fisser bħala unur l-opportunità li kellu biex jibgħat flokk tiegħu, oriġinali u ffirmat minnu stess, lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Dan hekk kif f’pajjiżna hawn l-aġent tiegħu, Pierpaolo Triulzi li kien f’laqgħat mal-President u l-ambaxxatriċi taljana f’Malta Vanessa Frazier.

Dawn il-laqgħat, flimkien maċ-Chairman tal-Bord Amministrattiv tal-Malta Community Chest Fund, John Camilleri, wasslu għal ftehim biex il-plejer ta’ Juventus ikun il-mistieden speċjali tal-Malta Community Chest Fund.

Dybala ngħaqad ma’ Juventus fil-bidu tal-istaġun mingħand Palermo għal somma ta’ €32 miljun, li jsitgħu jiżdiedu bi €8 miljuni oħra.