Aktar kmieni din il-ġimgħa, skont struzzjonijiet mingħand il-MEPA, Polidano Group beda jħott il-Falcon Tower.
Fi stqarrija, Charles Polidano, sid il-Grupp, qal li hi ħasra li l-awtoritajiet ma aċċettawx l-offerta biex dan it-torri jingħadda f’idejn xi għaqda non-governattiva.
Dan hekk kif il-Falcon Tower inbena bħala replika tar-Redin Tower.
L-istqarrija tkompli li, madankollu, il-MEPA baqgħet tinsisti li t-torri għandu jinħatt, kif propju qed isir f’dawn il-jiem.
//= $special ?>

