Lokali

Żagħżugħa ssofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fil-Floriana

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fil-Floriana.

Fl-inċident kienu involuti is-sewwieq, raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Luqa, kif ukoll passiġġiera ta’ 29 sena residenti l-Floriana.

L-inċident seħħ għall ħabta tas-18.40 fi Triq Sant’ Anna, il-Floriana

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li waqt li r-raġel kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Nissan Qashqai, għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa dieħel f’siġra.

Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza.

Il-żagħżugħa ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin

incident 2 bieb il bombi