L-Għaqda Umanista’ Maltija (MHA) fi stqarrija ħabbret li l-assembliji ġeneral tal-Federazzjoni Ewropeja Umanista’ (EHF) u l-Unjoni Internazzjonali Etika u Umanista’ (IHEU) din is-sena kienu ser isiru f’Malta.
Il-Federazzjoni Ewropeja Umanista’ tiġbor fi ħdanha aktar minn 50 għaqda umanista’ u sekularista minn madwar 20 pajjiż Ewropew. Minn naħa l-oħra l-IHEU tiġbor fi ħdan għaqdiet mid-dinja kollha li huma ta’ natura umanista’, ateja, sekularista, lajka, etika, xettika u ta’ ħsieb liberu.
L-MHA ħabbret ukoll li fl-istess jiem ser tkun qed torganizza konferenza dwar l-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni.
//= $special ?>

