Lokali

Mara ta’ 34 sena tallega li ġiet stuprata f’San Pawl il-Baħar

Mara ta’ 34 sena minn San Pawl il-Baħar allegat li tard ilbieraħ filgħaxija ġiet stuprata minn raġel ta’ karnaġġjon skur f’San Pawl il-Baħar stess.

Il-Każ ġie rraportat lill-Pulizija għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara ltaqgħet ma’ raġel taż karnaġġjon skur u dan allegatament kien stupraha fl-inħawi ta’ Dawret il-Qawra, f’San Pawl il-Baħar.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatret Inkjesta Maġisterjali