Kollox jindika li l-ħajja ta’ aktar minn 30 iljun qiegħda taqleb għall-aħjar meta dawn l-iljuni, li għamlu żmien iservu bħala attrazzjoni taċ-ċirklu fl-Amerika Latina, issa twasslu fl-Afrika t’Isfel biex jibdew ħajja ġdida ġo riserva speċjali għalihom.
L-iljuni, li kienu qed jinżammu fi ċrieki fil-Kolombja u l-Peru, dehru xi ftit diżorjentati minħabba l-vjaġġ twil, iżda ġew iddikjarati b’saħħithom, ftit wara l-wasla tagħhom f’dak il-pajjiż.
Hu mifhum li ċirklu partikolari kien ċeda għal uħud minn dawn l-iljuni waqt li l-iljuni l-oħrajn iħatfu waqt rejds speċifiċi.
Il-grupp Animal Defenders International (ADI), li kien wara l-azzjoni, qal li l-iljuni kienu tneħħewlhom snienhom u d-dwiefer u meħtieġ li, issa, huma jinżammu fir-riserva għaliex ma jistgħux ifendu għal rashom.
Fl-aħħar fażi tal-vjaġġ, l-iljuni kienu ttrasferiti b’vetturi lejn l-Emoya Big Cat Sanctuary, fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika t’Isfel, fejn, fost oħrajn, jistgħu jingħataw l-aħjar kura veterinarja.
//= $special ?>