Anzjana ta’ 93 sena spiċċat misruqa minn żewġ nisa li kien ilhom madwar kwarta josservawha sakemm sabu l-ħin opportun li l-mara kienet aljenata.
Il-każ seħħ f’The Point, Tas-Sliema, f’ħanut taż-żraben u aċċessorji oħra. Iż-żewġ nisa telqu bil-basket tal-anzjana u l-affarijiet li kellha fih.
Filmati minn kameras tas-sigurta’ juru l-mument li fih in-nisa ħadu l-basket tal-anzjana. Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija li qed janalizzaw il-filmati biex jaslu għaż-żewġ persuni.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ hu mitlub jgħaddi l-informazzjoni, anke jekk b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>