Lokali

GSK Malta tfakkar il-Jum Dinji tal-Ażma

GSK Malta qed tfakkar il-Jum Dinji tal-Ażma. Għal Jum Dinji tal-Ażma li jiġi ċċelebrat fit 3 ta’ Mejju GlaxoSmithKline (GSK) Malta qed tniedi websajt ġdida li tipprovdi lill-dawk li jbatu bl-ażma u lit-tobba tagħhom b’sistema li tgħinhom jistabbilixxu l-livell ta’ kura meħtieġa.

L-ażma hi marda komuni u li tista’ tiġi kkontrollata, iżda tista’ tħalli impatt qawwi fuq il-kwalità tal-ħajja.

GSK ikkontribwixxiet għall-iżvilupp tal-Asthma Control Test www.asthmacontroltest.com . Pazjenti Maltin huma mħeġġa li jagħmlu dan it-test onlajn li jieħu inqas minn minuta biex jitlesta.

L-Asthma Control Test inħoloq minn esperti mediċi tal-ażma u kien ittestjat xjentifikament fuq mijiet ta’ persuni li jbatu bl-ażma.