Diversi xiehda f’każ kontra uffiċjal tal-pulizija akkużat li kkaġuna l-mewt ta’ sewwieq ta’ mutur reġgħu taw xiehda konflinġenti fil-qorti. Jean-Claude Mangion ta’ 21 sena mill-Qrendi jinsab akkużat li b’negliġenza kkaġuna l-mewt ta’ Clive Caruana ta’ 32 sena mill-Floriana, li saq karrozza b’negliġenza u b’veloċità qawwija u li wettaq reat meta kien fir-responsabbiltà li jara li ma jitwettaqx. L-inċident seħħ f’Jannar 2014 fl-Imqabba.
Xiehda fil-każ ma qablux bejniethom dwar il-kundizzjoni tat-triq dakinhar tal-inċident fejn raġel li kien qed jiġri lejn l-Imqabba xehed li kien sema twerżieq ta’ brejkijiet. Hu ħares u ra karrozza fil-ħajt fid-direzzjoni opposta ur aġel fl-art. Ir-raġel xehed li l-pulizija fuq ix-xena bil-kemm felaħ jitkellem Resident ieħor mill-Imqabba ftakar li t-triq kienet imxarrba bix-xita u qal li meta resaq lejn l-inċident, l-akkużat talbu l-mobile tiegħu biex iċempel l-emerġenza.
Il-ġurnalista Julia Farrugia xehedet li ma kinitx xita u li l-art ma kinitx imxarrba tant li hi niżlet għarkubtejha ħdejn il-vittma biex tipprova ttih l-ewwel għajnuna.