Erba’ persuni weġġgħu meta dalghodu kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, il-Mosta.
L-Inċident seħħ fis-7:20 ta’ filgħodu bejn 3 karozzi, kollha misjuqa minn irġiel. Waħda mill-karozzi kienet sejra fid-direzzjoni tal-Mosta u tnejn oħra fid-direzzjoni lejn Burmarrad.
Mill-ewwel fuq il-post waslu membri tal-Pulizija u tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħadu l-erba’ persuni l-Isptar, it-3 sewwieqa u passiġġiera mara li kienet f’waħda mill-karozzi.
Il-kundizzjoni medika tagħhom għadha m’hix magħrufa għalkemm jirriżulta li m’humiex fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>