Fix-xhur li għaddew, Polidano Group bdew inaddfu ż-żona qrib l-impjant tal-Poligas f’Ħal Farruġ, li fl-2013 kien suġġett għal azzjoni mill-MEPA u li kien imbarrat bi blokki tal-konkrit wara d-deċiżjoni tal-MEPA.
Fi stqarrija, Polidano Group qal li b’kollox tneħħew tunnellati ta’ mbarazz minn żona ta’ madwar 13,000 metru kwadru. Il-Grupp qal li x-xogħol ta’ tindif taż-żona għaddej ġmielu, inbeda wkoll xogħol ta’ landscaping.
Dan ix-xogħol isegwi ż-żarmar li diġà nbeda minn Polidano Group għat-torri li jinsab fil-Park tal-Annimali, li wkoll kien taħt l-iskrutinju tal-MEPA. Il-Grupp qal li minħabba l-mod kif inhu mdawwar, dan it-torri ma jistax jinħatt, iżda jrid jiġi żarmat.
Polidano Group qal li x-xogħolijiet kollha qed isiru taħt is-superviżjoni ta’ Uffiċjali tal-MEPA.
//= $special ?>