Mara li ppruvat tidħol f’residenza privata fl-Iklin inqabdet minn kameras tas-sigurtà qabel daret lura u ħarbet mill-post malli ndunat li fir-residenza kien hemm is-sidien. Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa 30 ta’ Marzu, għall-ħabta tat-07:40.
Sidt id-dar spjegat kif semgħet lil xi ħadd jipprova jiftaħ il-grada, li kienet imsakkra, iżda ħasbet li kienu xi qraba tagħha. Meta l-ħsejjes ippersistew, sidt id-dar ħarġet fil-gallarija, u malli ratha, il-mara ħarbet mill-post.
Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija li qed janalizzaw il-filmati minn kameras tas-sigurtà bl-għan li jaslu għall-identità tal-mara. Madankollu, minkejja li għadda iktar minn xahar, s’issa l-mara għadha mhix indetifikata.
Min għandu xi informazzjoni hu mitlub imur fl-eqreb għassa tal-Pulizija, inkella jgħaddi l-informazzjoni, anke jekk b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>