Id-Diviżjoni tar-regolamenti tekniċi fi ħdan l-MCCAA tinforma l-konsumaturi li l-kumpanija IKEA ppublikat twissija dwar selezzjoni ta’ għamara wara li tifel miet mgħaffeġ minn għamara tal-mudell Malm. Il-Kumpanija ppublikat din it-twissija wara li tliet itfal mietu meta l-għamara waqgħet fuqhom.
Fit-twissija li ppublikaw, l-IKEA enfasizzat li l-aqwa mod kif tipprevjeni li biċċiet tal-għamara jgħelbu, huwa billi l-prodotti jitwaħlu mal-ħajt.
Id-Diviżjoni tar-regolamenti tekniċi ħeġġet il-pubbliku li xtara xi għamara biex jassiguraw li l-għamara titwaħħal mal-ħajt.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq 23952000.



