Lokali

Aġġornata : Iż-żjara ta’ Muscat fil-Libja – Ser jerġgħu jibdew it-titjiriet lejn Tripli u tinfetaħ mill-ġdid l-ambaxxata Maltija

Rapport : ROBERT CREMONA minn Tripli

Dalgħodu l-Prim Ministru mar għal żjara qasira fil-Libja biex jiltaqa mal-Prim Ministru Libjan Fayez Al Sarray.

Matul il-laqgħa mal-Prim Ministru Libjan ntlaħaq ftehim li jerġgħu jibdew it-tijiriet minn u lejn Tripli waqt li ser terġa’ tiftaħ l-ambaxxata Maltija fi Tripli.

Joseph Muscat, qed ikun akkumpanjat mill-Ministru George Vella u anke’ miċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, li jinsab fiċ-ċentru tal-iskandlu tal-Panama flimkien ma’ Konrad Mizzi.

Il-Prim Ministru mistenni jtemm iż-żjara kmieni waranofsinhar, dan hekk kif fl-4:30p.m. se tibda d-diskussjoni dwar il-vot ta’ sfiducja fil-Ministru Konrad Mizzi, mressaq mill-eks deputat Laburista Marlene Farrugia.

libja kurt farrugia u keith schembri