Fil-gazzetta ‘in-Nazzjon’ l-ewwel faċċata tibda’ bl-aħbar rigward r-rebħa tar-rikonoxximent tal-UĦM Voice of the Workers fil-Freeport f’inqas minn sena. Il-gazzetta tirraporta r-riżultat tal-elezzjoni hekk kif l-UĦM Voice of the Workers kisbet 52% tal-voti, mill-533 ħaddiem li vvotta. Il-ġurnal in-Nazzjon, ukoll fuq il-faċċatta tagħha, tirraporta dwar il-vot ta’ sfiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi li se jitressaq illejla.
The Malta Indipendent tikteb dwar kif il-Bank of Valletta tiċħad kategorikament li intenzjonalment ħbiet xi ksur ta’ liġi, hekk kif l-istess ġurnal irrapporta li bejn l-2013 u l-2015 ma nżammux il-livelli ta’ due dilligence fejn infetħu numru ta’ kontijiet lill-persuni ta’ nazzjonalita’ Libjana.
It-Times of Malta, b’ritratt dominanti ta’ Claudio Ranieri, il-manager ta’ Leicester City li rebħu l-kampjonat Ingliż b’sorpriża għal kulħadd. L-istess gazzetta tirrapporta dwar kif il-Qorti ta’ Malta warbet rapport ta’ espert dwra il-kaligrafija, hekk kif dan l-espert tal-Qorti Martin Bajada għandu kondotta kriminalili jiffalsifika d-dokumenti.
Il-gazzetta l-Orizzont fl-ewwel faċċata nsibu storja dwar it-tidal lane l-ġdida f’Raħal Ġdid.
//= $special ?>
