Il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni qiegħed fuq in-naħa tas-sewwa, u qed jirifletti is-sentiment tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil f’kumment lill-ġurnalisti wara d-dibattitu fil-Parlament ta’ mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi.
Simon Busuttil qal li l-Erbgħa filgħaxija fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel dak li hu fl-interess tiegħu u mhux fl-interess nazzjonali.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jsostni kif hu ta’ diżappunt għall-Oppożizzjoni li l-ogħla istituzzjoni ma ħaditx l-opportunità biex ladarba l-Prim Ministru ma keċċiex lil Konrad Mizzi hu kien ikun il-Parlament li jagħmel dan.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil temm jgħid li hu kburi li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tirifletti is-sentiment tan-nies u għallura l-Oppożizzjoni qegħda fuq in-naħa tas-sewwa.
//= $special ?>