Lokali

Nirien jaħkmu post tax-xogħol f’Tas-Sliema – iweġġgħu tliet ħaddiema

Ritratt: Arkivji

Nirien ħakmu post tax-xogħol ta’ tliet ħaddiema u li b’kawża t’hekk sofrew ġrieħi. L-inċident seħħ fil-kċina ta’ restaurant max-xatt ta’ Tas-Sliema, fejn il-vittmi ittieħdu mal-ewwel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-ħaddiema huma tlieta: Malti ta’ 36 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, raġel Ċiniz ta’ 51 sena residenti l-Imsida u mara Russa ta’ 30 sena residenti San Ġiljan.

Aktar tard, ġie kkonfermat li r-raġel Ċiniż weġġa’ feriti ħfief b’kawża tan-nar, iżda ż-żewġ ħaddiema l-oħra sofrew ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq dan il-każ.