Internazzjonali

Possibbilta li titwarrab il-karta ta’ 500 ewro

A bank employee holds a pile of 500 euro notes at a bank branch in Madrid January 13, 2011. REUTERS/Andrea Comas

Mistennija deċiżjoni minn ħin għal ieħor mill-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) dwar il-karta tal-500 ewro.
Din hi lok ta’ ħafna kritika, speċjalment mill-forzi tas-sigurtà li jsostnu li l-karta tal-500 ewro tintuża l-aktar mill-krminali u għall-iskop ta’ ħasil ta’ flus; mill-biqja, ftit li xejn għandha użu għan-nies komuni.
F’Marzu, Michel Sapin, il-Ministru tal-Finanzi Franċiż, qal li l-karta tal-500 ewro tintuża, “aktar biex tgħin taħbi affarijiet milli għax-xiri”.
Kollox jindika li l-ECB se tivvota biex din il-karta titneħħa miċ-ċirkolazzjoni. Franza tinsab minn ta’ quddiem biex dan isir bħala parti mill-gwerra kontra l-finanzjament tat-terroristi bħala riżultat tal-attakki f’Pariġi fl-2015. Imma hemm reżistenza kbira mill-Ġermanja, fejn ħafna għadhom jippreferu li jħallsu bi flus kontanti.
Tant hi rari l-karta tal-500 ewro li fi Spanja tlaqqmet “Bin Laden” peress li kulħadd sema’ biha imma ħadd qatt ma jaraha.