Matul il-ġurnata tal-Erbgħa feġġew rapporti ta’ ġlied qalil madwar Sirte, il-belt Libjana tul il-kosta Libjana li tinsab f’idejn l-ISIS.
L-indikazzjonijiet huma li l-attakk qed jitwettaq minn truppi taħt il-kmand tal-Ġeneral Khalifa Haftar li hu alleat mal-Gvern bażat f’Tobruk. Jekk ikun konfermat li qed isir offensiva, dan imur kontra t-talba tal-Gvern ta’ għaqda nazzjonali tal-Prim Ministru Fayez al Sarraj.
Sarraj kien talab għal waqfien ta’ kull azzjoni militari kontra l-ISIS fir-reġjun, dan biex ikun hemm forza u offensiva waħda koordinata biex it-theddida tal-ISIS tkun eliminata.
Haftar hu magħruf liq ed jirreżisti għall-awtorita ta’ Sarraj.
Rapporti ta’ ġlied qalil madwar Sirte fil-Libja
