Wara r-rebħa li kiseb it-Tlieta filgħaxija fl-elezzjoni interna tal-Partit Repubblikan fl-Istat ta’ Indiana, Donald Trump hu assigurat li se jkun il-kandidat Repubblikan fl-elezzjoni għall-President Amerikan li se ssir f’Novembru issa kull ma jonqos hu li jiġi nominat uffiċjalment fil-laqgħa nazzjonali tal-partit li se ssir f’Lulju. Ted Cruz, l-avversarju ewlieni tiegħu fl-elezzjonijiet Repubblikani għan-nomina, hekk kif ħarġu r-riżultati minn Indiana, ħabbar li kien irtira mit-tellieqa.
Fuq in-naħa Demokratika, Bernie Sanders rebaħ l-elezzjoni ta’ Indiana imma hawn ukoll Hillary Clinton hi kważi assigurata li se tieħu n-nomina tal-Partit Demokratiku.
Indiana kienet qed titqies bħala l-aħjar ċans ta’ Cruz biex iwaqqaf lil Trump.
Il-Gvernatur ta’ Ohio John Kasich qal li kien se jkompli jikkontesta l-elezzjonijiet Repubblikani imma hu ftit li xejn hemm ċans li jħarbat il-pjani ta’ Trump. Dan peress li dak li jgħoddu biex wieħed jikseb in-nomina huma l-kandidati li wieħed jikseb f’dawn l-elezzjonijiet interni madwar l-Istati Amerikani u Trump għandu distakk tajjeb fuqu.
Titwitta t-triq biex Trump jieħu n-nomina tar-Repubblikani
