Lokali

TLIET SNIN WARA: Falliment ieħor għall-Gvern ta’ Muscat

Tliet snin ilu – Joseph Muscat kien ħareġ jiftaħar b’pompa kbira li l-Gvern iffirma ftehim storiku mal-Libja dwar iż-żejt u l-fules. L-Independent iddeskrivietu bħala deal li se joffri prezzijiet orhos fil-futur qarib. It-Times iddeskrivietu bil-frażi groundbreaking.

Illum tliet snin wara, dan il-ftehim għadu fuq l-ixkaffa. Mhux hekk biss, iżda l-Prim Ministru innifsu ikkonferma li l-Gvern Malti u l-Libja għadhom se jibdew il-laqgħat biex jissuktaw it-tahdidiet dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim.

Orizzont
L-artiklu tal-Orizzont f’Settembru 2013 li rappurta bi prominenza il-ftehim mal-Libja.

Muscat ikkonferma dan il-falliment tal-ftehim tax-xiri taz-zejt mil-Libja wara zjara qasira li kellu fil-kapitali Tripli. Dwar dan il-ftehim tal-fuels mal-Libja, Muscat kien kawt hafna meta gie mistoqsi mill-gurnalisti u sahansitra stqarr illi lanqas kien hu li qajjem din it-tema…iżda il-Libjani.

Il-laqgha ta’ Muscat fil-kapitali Libjana kienet mal-Mexxej tal-Gvern ta’ Ghaqda Nazzjonali, Fayez al-Sarraj.

(Ritratt: Muscat jindirizza lill-ġurnalisti fuq l-ajruplan lura lejn Malta)