Rapporti mis-Sirja qalu li għexieren ta’ nies inqatlu waqt attakk mill-ajru fuq kamp tar-refuġjati. Ritratti li ħarġu fuq il-media soċjali urew diversi tined meqrudin fil-kamp ta’ al-Camouna qrib ta’ Sarmada, fil-provinċja ta’ Idlib, viċin il-fruntiera mat-Turkija.
Xi rapporti – mhumiex ikkonfermati – qalu li l-attakk twettaq minn ajruplani tal-gwerra Sirjani jew Russi. Intant, l-attakk fuq il-kamp seħħ l-għada tal-konferma għal estensjoni ta’ ftehim għal waqfien mill-ġlied partikolari.
Il-militar Sirjan u qawwiet tar-ribelli li jopponu lill-Gvern tal-President Sirjan, Bashar al-Assad, kienu qablu biex jieqfu l-ostilitajiet madwar il-belt ta’ Aleppo ( fis-Sirja) wara pressjoni mill-Istati Uniti u r-Russja.
//= $special ?>