Lokali

“Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi f’kull sitwazzjoni” – Sarah Zerafa

“Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi” – Hu dan il-messaġġ ta’ Sarah Zerafa, mudella ta’ 20 sena li spiċċat b’parti minn xoffitha maqtugħa.

Dan wara inċidenti li fih sfat migduma mill-kelb tagħha Choco, fil-25 t’April.

13139238_1280902885257148_7700859416526897207_n

Tirrakkonta ma’ dan is-sit li ppruvat tbus lill-kelb, tar-razza labrador, iżda dan laqatha bi snienu bil-konsegwenza li ċarrtilha xoffitha. Sarah kellha tittieħed l-isptar b’emerġenza, ġiet operata u kellha bżonn plastic surgery u 25 punt.

“Niftakarni nibki, muġugħa, u għal mumenti kont naħseb li ħajti u l-karriera tiegħi kienu spiċċaw,” tiftakar Sarah f’kummenti lil dan is-sit.

Sa llum, Sarah ma tistax titkellem sew jew titbissem għaliex għadha muġugħha u b’xufftejha minfuħa. Madankollu tinsab determinata li tirritorna fix-xena tal-moda, minkejja dak li għaddiet minnu.

“Ta’ kuljum inħares fil-mera u nistaqsi: ‘Għaliex jien?’ Imbagħad niftakar li għadni nsita’ ngawdi l-ħajja,” irrakkuntat Sarah. Minn dakinhar tal-inċident, fuq il-profil tagħha Sarah ma waqfitx twassal messaġġi ta’ kuraġġ u tama lill-eluf ta’ ħbieb u segwaċi tagħha.

Saħansitra ħabbret li xorta waħda se tkun qed tieħu sehem fil-Malta Fashion Week & Fashion Awards li se jsiru bejn l-14 u l-21 ta’ Mejju. U minkejja dak li għaddiet minnu, tibqa’ tqis lil Choco bħala l-ikbar ħabib tagħha.

13083218_1277494392264664_3903567534993393202_n