Il-Valletta Green Festival, festival tar-rebbiegħa annwali organizzat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, ingħata bidu uffiċjalment illum il-Ġimgħa, 6 ta’ Mejju fi Pjazza San Ġorġ u se jkompli s-Sibt u l-Ħadd ukoll.
Il-Valletta Green Festival se jkun parti minn serje ta’ avvenimenti organizzati mill-Fondazzjoni Valletta 2018, li jimmarkaw l-450 anniversarju mit-twaqqif tal-Belt Valletta.
Waħda mill-iktar pjanti antiki tal-Belt Valletta u l-fortifikazzjonijiet tagħha ġiet riprodotta b’iktar minn 80,000 pjanta tal-fjuri. Dan se jenfasizza l-importanza storika ta’ din il-belt, rikonoxxuta bħala Sit ta’ Patrimonju Dinji mill-UNESCO fl-1980.
Bħala sfond ikkulurit hemm riinterpretazzjoni artistika tax-xibka ta’ toroq dritti li jikkaratterizzaw il-Belt Valletta.
//= $special ?>