Internazzjonali

17-il persuna nieqsa wara kolliżjoni bejn dgħajsa tas-sajd Ċiniża u vapur tal-merkanzija Malti

17-il persuna huma nieqsa wara li dgħajsa tas-sajd Ċiniża kienet involuta f’kolliżjoni ma’ vapur tal-merkanzija Catalina. Il-vapur tal-merkanzija Catalina jtajjar bandiera Maltija.

L-inċident seħħ fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu fl-baħar Ċiniż tal-lvant. Żewġ persuni li kienu abbord id-dgħajsa tas-sajd Lu Rong Yu 58398 kienu salvati minn xi dgħajjes fl-nħawi filwaqt li għaddejja tfittxija għal persuni nieqsa.

Din iż-żona tal-baħar Ċiniż spiss tkun żona ta’ tensjoni diplomatika bejn iċ-Ċina u l-Ġappun hekk kif gzejjer f’dan il-baħar huma sors ta’ nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ pajjiżi dwar min għandu ġurisdizzjoni fuqhom.