Lokali

Isir il-Malta International Food Festival

15 –il kċina differenti b’aktar minn 100 platt differenti minn madwar id-dinja waqt il-Malta International Food Festival fl-Mdina li qiegħed isir fi tmiem il-ġimgħa

Fost l-ikel li qiegħed ikun servut, wieħed jista jsib ikel Taljan, Franciż, Ingliż, Ċiniż, Tajlandiż, Ġappuniż, Spanjol, Tork, Ġermaniż, Grieg u ovjament Malti. Dan l-ikel ser ikun ikkumplimentant minn deżerti u ħelu frisk Malti u Siċiljan.

Il-festival Internazzjonali tal-Ikel din is-sena ser ikun mifrux fuq tlett ijiem, U għada, f’jum l-omm, il-familji jistgħu joffru esperjenza unika lill-ommijiet kollha f’ikla eċċezzjonali fl-isfond tal-astmosfera unika tal-Imdina.

Aktar informazzjoni fuq il-paġna ta’ Facebook jew fuq www.maltainternationalfoodfestival.com