Lokali

Anzjan imut wara li ttajjar minn vann fir-Rabat

Anzjan ta’ 97 sena, mir-Rabat tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku dalgħodu. Jirriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat.

Minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat, jirriżulta li r-raġel kien qed jaqsam it-triq meta ġie milqut minn vettura tat-tip Toyota Townace misjuqa minn raġel ta’ 48 sena.

Ir-raġel ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li sfortunatament ir-raġel tilef ħajjtu.

Iż-żewġ irġiel huma residenti r-Rabat stess.

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet nfurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.