Minkejja li għaddew 17-il ġurnata minn meta l-Partit Nazzjonalista sfida lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jgħid min ħallas għall-vaganza f’Dubaj f’Marzu li għadda, Joseph Muscat qed jibqa’ jaħrab minn din l-isfida.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li fi żmien l-Għid li għadda, Joseph Muscat u l-familja marru għal vaganza f’waħda mill-aktar lukandi li jiswew flus f’Dubaj. Il-vaganza damet ġimgħa u qajmet mistoqsijiet kbar dwar min ħallas għal din il-vaganza u kif. Dan għaliex hu magħruf sew li bil-paga ta’ Prim Ministru, ma tistax taffordja tmur f’lukanda bħal din.
L-istqarrija tal-PN tkompli tgħid li hu fl-interess pubbliku u fl-interess tat-trasparenza li jsir magħruf kemm swiet din il-mawra u jekk kienx tassew il-Prim Ministru li ħallas għaliha jew kenitx rigal. Aktar u aktar la din kienet lukanda li biex tmur fiha, jrid ikollok paga ferm aktar minn dik ta’ Prim Ministru kompla jgħid il-Partit Nazzjonalista.
Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jinsisti li l-Prim Ministru għandu jippubblika l-irċevuti u l-provi tal-ħlas.
//= $special ?>