Il-midfielder ta’ Dinamo Bucharest u l-Kamerun Patrick Ekeng miet fl-eta’ ta’ 26 sena meta fis-70 minuta fil-partita mill-league tar-Rumanija bejn Dinamo Bucharest u Viitorul ikollassa f’dak li qiegħed jiġi suspettat li huwa attakk tal-qalb.
Ekeng ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza iżda l-mewt tiegħu tħabbret sagħtejn wara.
Tul il-karriera tiegħu Ekeng lgħab ukoll ma’ Cordoba, Le Mans u Lausanne.
Il-mewt tiegħu fakkret lil ħafna fil-mewt ta’ Marc-Vivien Foe, ukoll mill-Kamerun, li kien miet fl-2003 waqt il-partita ta’ pajjiżu kontra l-Kolombja fi Franza.
//= $special ?>