Futbol Sport

Il-Malti Myles Beerman jirbaħ il-kampjonat ma’ Manchester City

Iż-żagħżugħ Malti Myles Beerman rebaħ il-kampjonat fil-livell ta’ taħt it-18-il sena ma’ Manchester City F.C. fl-Ingilterra.

Illum Beerman u sħabu ġew ippreżentati bit-trofew fi tmiem logħba li fiha għelbu lil Fulham F.C. bi skor ta’ 5-0.

Beerman jilgħab fid-difiża u għandu 17-il sena. Mindu ħalla pajjiżna, fejn tela’ min-nursery ta’ Floriana F.C., hu stabilixxa ruħu bħala plejer importanti fl-iskwadra ta’ taħt it-18-il sena u beda jilgħab b’mod regolari. Beerman jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena.

Fir-ritratt, Myles Beerman jidher iżomm it-trofew.