Il-Papa Franġisku mill-ġdid qajjem il-kwistjoni tal-immigrazzjoni fl-Ewropa meta ħeġġeġ lill-Ewropej biex ‘iwaqqgħu l-ħitan mal-fruntieri’ u jilqgħu lill-immigranti f’pajjiżhom ‘b’idejhom miftuħa’.
Meta kien qed jitkellem fil-Vatikan, nhar il-Ġimgħa, il-Papa staqsa ‘x’seta ġara mill-Ewropa ta’ wiċċ uman u li dejjem iddefendiet id-drittijiet umani’ waqt li insista bil-ħolma tiegħu ‘ta’ Ewropa li taċċetta li l-istatus ta’ immigrant ma jammontax għal reat’.
Il-Papa sostna li l-Mexxejja tal-Ewropa kienu qed ‘itellgħu il-ħitan’ waqt li jissagrifikaw ‘il-kunċett uniku multikulturali tal-kontinent’.
Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea kienu preżenti fl-udjenza waqt id-diskors tal-Papa.
Il-Papa għamel id-diskors imqanqal meta l-kontinent qed iħejji għall-iffirmar ta’ pjani għal sħubija fl-Unjoni Ewropea li jippermettu biex madwar 127 miljun persuna mit-Turkija, l-Ukrajna, Georgia u l-Kosovo jivvjaġġaw mill-Ewropa mingħajr visa.
//= $special ?>