Għawdex Lokali

Inawgurat mafkar ta’ San Ġorġ Preca f’Għawdex

Waqt l-inawgurazzjoni tal-mafkar tal-bronż ta’ San Ġorġ Preca li d-Djoċesi ta’ Għawdex għamlet fit-Tokk ta’ Għawdex l-Isqof t’Għawdex Mario Grech qal li Dun Ġorġ qatt ma baqa lura milli jqiegħed sebgħu fuq il-pjagi tal-bnedmin. Huwa awgura li l-Knisja f’pajjiżna tagħmel l-istess u tpoġġi subgħajha fuq din il-pjaga biex tiddedika aktar enerġiji biex tgħin lill-bniedem jagħmel dixxerniment responsabbli.

Waqt l-istess ċerimonja tkellem ukoll is-Superjur Ġenerali tal-Museum Natalino Camilleri li qal li jekk kellu xewqa Dun Ġorġ, żgur li din kienet li jintesa wara mewtu. Qal li iżda l-Knisja trid tkompli tfakkru bħala mudell ta’ qdusija.

Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll l-Isqof Silvestru Magro, Monsinjur Simone Bolivar Sanchez, Segretarju tan-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, x-Shadow Minister Chris Said u d-deputat Fredrick Azzopardi.