Meta Joseph Muscat jibqa’ ma jieħux deċiżjoni li jkeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, ikun qed ikompli jagħmel il-ħsara għal pajjiżna. Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa qal dan waqt il-programm Xarabank, li ddiskuta, fost oħrajn, l-aħħar żviluppi dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.
David Casa fakkar ukoll li Leo Brincat se jmur quddiem il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u żgur li se jkun mistoqsi dwar dan l-iskandlu. Fakkar li Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom ferneżija biex jitftħu kontijiet bankarji biex fihom ipoġġu l-commissions; u dan iqanqal xamma ta’ korruzzjoni.
Waqt il-programm tkellem ukoll il-personalita’ Salvu Mallia, li kkritika r-reshuffle ta’ Muscat u kkritika l-mod kif Muscat daħak bin-nies meta ma wettaqx dak li wiegħed.
//= $special ?>