Dalgħodu għal ħabta tat-tmienja neqsin kwart seħħ inċident fi Triq Aldo Moro fil-Marsa, fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid, fejn fih sewwieq ta’ vann baqa’ dieħel f’siġra u f’billboard. F’dan l-inċident is-sewwieq, raġel ta’ 35 sena minn Marsascala jidher li ndarab ħafif.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili għenu sabiex is-sewwieq inħareġ mill-vann. Fuq il-post isejjaħ ukoll team mediku biex jgħati l-assistenza medika.
Fil-ħin ta’ l-inċident il-vann jidher li kien vojt għajr għas-sewwieq.
//= $special ?>


